Ir-rapport tal-ECRI jgħid li fejn tidħol l-integrazzjoni tal-immigranti Malta qiegħda tiġi klassifikata kważi lejn l-aħħar postijiet. Fil-Migrant Integration Policy Index (MIPEX) Malta titpoġġa fit-28 post minn 31 pajjiż. L-ECRI tgħid li hi infurmata kien sar abbozz ta' rapport mill-awtoritajiet b'għadd ta' objettivi marbutin mal-integrazzjoni tal-immigranti. Fost dawn kien hemm ix-xogħol għar-refuġjati, inizjattivi biex jitjiebu s-servizzi offruti lill-immigranti u miżuri biex jikkumbattu ir-razziżmu. L-awtoritajiet Maltin kienu kkommettew ruħhom li jwaqqfu Refugee Advisory Service biex jgħin lir-refuġjati jsibu xogħol, jagħmel riċerka biex jintgħelbu l-problemi marbutin max-xogħol għall-immigranti, informazzjoni fuq id-drittijiet tagħhom, kampanji edukattivi. L-ECRI tirrakkomanda lill-awtoritajiet biex iħaddmu strateġija għal integrazzjoni tal-immigranti.
Read more...
Kummissjoni tal-Kunsill tal-Ewropea tħeġġeġ kundizzjonijiet aħjar għall-immigranti
